F’dawn l-aħħar ġimgħat kompliet il-koperazzjoni eċċellenti bejn il-Park Nazzjonali tal-Inwadar u l-Universita’ ta’ Malta. Studenti Maltin u Għawdxin tat-tielet sena mill-Fakulta’ tal-Wirt Mibni, taħt il-gwida tal-Professur Ruben Paul Borg, għamlu testijiet dwar l-istrutturi tal-konkrit rinforzat b’apparat avvanzat ta’ monitoraġġ fosthom l-ultrasoniku, radar li kapaċi jippenetra l-ħitan biex jinvestigaw ukoll l-istat tal-elementi li fihom il-binjiet, sew […]
Read more