Arti fil-Park – Tlettax -il artist jesebixxu sitta u tletin xogħol li tpittru fil-Park Nazzjonali tal-Inwadar

Intemmet b’suċċess l-attivita’ Arti fil-Park 21. Matul is-Sajf tal-2021 tlettax -il artista bbażati f’Malta pittru fil-beraħ għadd ta’ xogħlijiet artistiċi li juru l-Park Nazzjonali tal-Inwadar. B’kollox sitta u tletin pittura ġew esebiti fi Frar 2022 fil-Gallerija tal-Arti Rudy Buhler f’Wied il-Għajn. L-artisti li ħadu sehem kienu Joseph Casapinta, Anna Galea, Jeni Caruana, Audrey Mercieca, Andrew Smith, Sarah Calleja, Ray Micallef, Jean Frendo, Joanne Fenech Portelli, Ethelbert Perini, Tanya Vella, Ronald Muscat Azzopardi u Annabel Mallia. It-temi l-aktar espressi kienu dawk li juru l-kosta, fosthom Il-Ġolf il-Kbir, Il-Ġolf l-Iswed, il-binjiet storiċi u l-irdumijiet, u l-medju varjaw minn akwarelli, żejt fuq it-tila, gwaxx għall-medja mħallta.  Żaret il-wirja l-Onor. Miriam Dalli, Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli, li tkellmet mal-artisti li ħadu sehem waqt li apprezzat ix-xogħlijiet tagħhom u t-teknika li użaw. Hija qalet li wirja bħal din turi kemm qiegħed jikber l-interess u meħtieġ li anki t-tfal ikunu esposti għall-arti fil-beraħ. Il-Ministru Dalli qalet ukoll li l-Gvern se jkompli jinvesti bil-kbir fil-Park Nazzjonali tal-Inwadar. Il-wirja damet miftuħa għaxart ijiem għall-pubbliku u kienet bla ħlas. Huwa maħsub li din l-attivita’ tidħol fil-kalendarju t’attivitajiet annwali tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar. Il-ħsieb ewlieni wara l-attivita’ huwa li permezz tal-impressjoni unika tal-artisti, jinħoloq għarfien popolari dwar is-sbuħija tal-park u b’hekk jiżdied ukoll kemm l-għożża kif ukoll il-preġju tiegħu bħala żona ta’ konservazzjoni speċjali.

Completion of restoration of small scale coastal site at Inwadar

EAFRD co-financing The Inwadar project was implemented in line with one of the recommendations put forward in the management plan brief, b...

See More

Tħawwil ta’ siġar fil-Masġar ta’ San Anard

Wara li tlestiet il-fażi ta' tindif f'parti mill-masġar ta' San Anard, ingħata l-bidu ta' tħawwil ta' siġar u arbuxelli f' Ġunju 2021. F'attivit...

See More

3G monitoring CCTV in operation

The Inwadar National Park is now under surveillance following the recent installation of a number of 3G Solar CCTVs. These waterproof cameras have the...

See More